Monthly Archives

July 2019

Summer Club 2019

Week 1

Week 2  Beach Games and Experiments !!

Week 3 Cooking session at MASC summer club. Decorated apple doughnuts. 🍎🍏🍫🍬

Week 4  Water games and crafts! 👌💦💦

Ice cream , beach games and team building.  Ending our 1st Term with Ice cream day! 🍨 Thank you coaches for your dedication and hard work – Lara Camilleri – MASC Head Coach

Marsaxlokk jilħqu t-tragward u se jilagħbu fil-Kampjonat Premier Il-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju 2019

MARSAXLOKK BROWN’S………….. 12 TA’ XBIEX AMIGOS……………… 11

(4-4), (4-2), (3-2), (1-3)

It-tragward ta’ Marsaxlokk Brown’s Pharmacy li jilagħbu fil-Kampjonat Premier intlaħaq hekk kif għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos 12-11 fl-aħħar logħba tagħhom tar-rawnd preliminari. Marsaxlokk ma kinux fl-aħjar tagħhom fil-ġurnata, mertu wkoll ta’ Ta’ Xbiex li lagħbu l-logħba tagħhom mingħajr pressjoni.

Fl-ewwel sessjoni, Marsaxlokk kellhom iwieġbu erba’ darbiet wara li Ta’ Xbiex kienu marru erba’ darbiet minn fuq bi tripletta ta’ Niall Saliba u Keith Tanti. Marsaxlokk marru għall-ewwel darba minn fuq b’Andrija Vlahovic jagħmilhom 6-5 u wara li Gitto ġab id-draw, Ivan Nagaev għamilhom 7-6 biex Andrija Vlahovic jirdoppja l-vantaġġ qabel tmiem is-sessjoni.

Fit-tielet sessjoni, Marsaxlokk dehru li għamlu l-pass neċessarju biex jagħlqu l-logħba hekk kif kabbru l-vantaġġ għal tliet gowls. Nenad Kacar kien naqqas id-distakk iżda doppjetta ta’ Vlahovic u gowl ta’ Nagaev b’mod konsekuttiv għamlu l-iskor 11-7, b’Kacar jerġa’ jnaqqas id-distakk.

Ta’ Xbiex baqgħu fil-logħba b’doppjetta ta’ Niccolo Gitto. Marsaxlokk naqsu li jagħlqu l-logħba u kien biss lejn it-tmiem li skorjaw permezz tas-solitu Nagaev. Kacar skorja r-raba’ gowl personali u żamm it-tamiet tat-tim li jsalva tal-anqas punt iżda fl-aħħar attakk tagħhom naqsu li jikkonkludu b’xutt biex Marsaxlokk kisbu rebħa missielta iżda importanti.

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, L. Calleja, M. Martellacci (1), T. Agius (1), J. Galea, A. Vlahovic (5), I. Nagaev (4), S. Micallef, R. Scerri, M. Cacici, O. Zammit, F. Buhagiar, M. Pace, K. Galea (1)

Ta’ Xbiex: Z. Sciberras, R. Greco, M. Demarco, N. Schiavone, M. Carani, G. Blundell, D. Fenech, N. Saliba (3), N. Kacar (4), G. Sammut, K. Tanti (1), N. Gitto (3), A. Theuma

Referees: Ronnie Spiteri, Gianfranco Bonavita